Moto GP
Moto GP: Franco Morbidelli jirbaħ il-Grand Prix ta’ Teruel

Is-sewwieq ta’ Petronas Yamaha, Franco Morbidelli, kellu wirja mill-aqwa biex rebaħ it-tieni Grand Prix tal-istaġun bir-rabħa tal-bieraħ fil-Grand Prix ta’ Teruel.

Alex Rins daħal fit-tieni post filwaqt li l-leader Mir, li għadu jrid jirbaħ Grand Prix f’dan l-istaġun, temm fit-tielet post.

Mir kabbar il-vantaġġ tal-klassifika overall b’14-il punt fuq Fabio Quartararo li temm fit-tmien post.

B’din ir-rebħa, Morbidelli telgħa fir-raba’ post tal-klassifikia overall wara Maverick Vinales ta’ Yamaha li fil-Grand Prix tal-bieraħ temm fis-seba’ post.

Miktub minn...
TVM Sport