Moto GP
Moto GP: Iannone sospiż 18-il xahar minħabba doping

Andrea Iannone, is-sewwieq tal-Aprilia, ġie sospiż 18-il xahar minħabba doping.

Iannone waħel din is-sospensjoni mill-Assoċjazzjoni Dinjija tal-motorsport u mhux se jkun jista’ jsuq il-mutur tiegħu fil-Moto GP sal-21 ta’ Ġunju tas-sena d-dieħla.

Iannone kien instab pożittiv fil-Grand Prix tal-Malasja li saret fit-3 ta’ Novembru li għadda.

It-test ta’ Iannone rriżulta pożittiv għal kontaminazzjoni elemantari u Iannone qed jgħid li l-lejl ta’ qabel kiel il-laħam minn ristorant.

L-Avukat tas-sewwieq, Antonio De Rensis, qal li se jieħu l-każ tal-klijent tiegħu quddiem it-TAS.

Miktub minn...
TVM Sport