
Moto GP
Moto GP: Iċ-champion renjanti Marc Marquez se jkun qed jirritorna x-xahar id-dieħel wara operazzjoni
Iċ-champion renjanti Marc Marquez se jkun qed jirritorna x-xahar id-dieħel hekk kif it-tim tiegħu Repsol Honda rrapurtaw li l-operazzjoni li saritlu kienet suċċess.
Marquez kien sofra injury meta kraxxja erba’ dawriet mit-tmiem fl-ewwel Grand Prix tal-istaġun li saret f’Jerez fi Spanja.
Hu kien fekkek idu l-leminija.
Marquez ġie operat f’Barcelona u se jkollu jistrieħ għall-Grand Prix ta’ tmiem il-ġimgħa li ġejja li se ssir fl-istess ċirkwiet.
Il-Kap ta’ Repsol Honda Alex Puig ikkonferma li l-operazzjoni fuq Marquez kienet suċċess u li l-ebda sewwieq ieħor mhu se jkun qed jibdlu għall-Grand Prix li jmiss.