Moto GP
Moto GP: Il-Portugiż Miguel Oliveira jirbaħ il-Grand Prix li saret illum fi Styria, fl-Awstrija

Il-Portugiż Miguel Oliveira rebaħ il-Grand Prix li saret illum fi Styria, fl-Awstrija.

Is-sewwieq ta’ Red Bull KTM Tech 3 rebaħ id-900 tellieqa fl-Istorja tal-Moto GP hekk kif sal-aħħar dawra kien hemm miegħu Jack Miller u Pol Espargaro.

Oliveira rebaħ bi ftit fl-aħħar metri tat-tellieqa biex ħalla warajh lis-sewwieq ta’ Pramac Racing fit-tieni post u sieħbu stess tal-mutur Red Bull fit-tielet post.

B’din ir-rebħa, Oliveira ta l-ewwel rebħa lill-Portugall u lil Tech 3 fil-Moto GP klassi Premier.

Din kienet il-150 tellieqa għas-sewwieq Portugiż fil-karriera tal-Moto GP.

Fir-raba’ post daħal Mir fuq Suzuki mentri Dovizioso fuq Ducati daħal fil-ħames post.

Fil-klassifika preżenti overall tas-sewwieqa, Fabio Quartararo ta’ Yamaha jinsab fl-ewwel post b’67 punt segwiet minn Andrea Dovizioso ta’ Ducati b’56 punt u fit-tielet post Maverick Vinales ta’ Yamaha b’48 punt.

Miktub minn...
TVM Sport