
Il-Grand Prix tal-Awstrija tal-lum kellha inċident gravi li seta’ kellu konsegwenzi aktar serji li ħoloq mument ta’ tensjoni, paniku u biża’, hekk kif 20 dawra mit-tmiem il-Yamaha ta’ Franco Morbidelli baqgħaet dieħla ġo d-Ducati ta’ Johann Zarco, bil-konsegwenza li nqalbu t-tnejn fl-art u tfarrku l-muturi.
Ftit sekondi wara ntweriet il-bandiera l-ħamra u t-tellieqa kellha titwaqqaf.
Jidher li r-rota ta’ quddiem tal-mutur ta’ Morbidelli misset ir-rota ta’ wara ta’ wara tal-mutur ta’ Zarco, biż-żewġ muturi li spiċċaw fl-art u s-sewwieqa jitgerbu magħhom.
F’dan l-inċident setgħu weġġgħu serjament ukoll Maverick Vinales u Valentino Rossi hekk kif iż-żewġ muturi għaddew minn ma’ rashom waqt li kienu għaddejjin bit-tellieqa.
It-tellieqa kompliet kif tneħħa t-tifrik li ħalla fiċ-ċirkwiet dan l-inċident.