Moto GP
Moto GP: It-Taljan Andrea Iannone sospiż wara li ttestja pożittiv għad-doping

It-Taljan Andrea Iannone ġie sospiż temporanjament wara li ttestja pożittiv għall-sustanza pprojbita mill-isport.

Din l-aħbar għalmiha uffiċjali l-Federazzjoni Internazzjonali tal-Motoċiklisti.

F’test tal-urina li ttieħed lil Iannone, irriżulta li s-sewwieq tal-Aprilia ħa din is-sustanza fil-Grand Prix tal-Malasja li saret fit-3 ta’ Novembru li għadda.

Iannone, rebbieħ tal-Grand Prix tal-Awstrija fl-2016, jista’ jitlob għas-sample B tal-analiżi li sar u jkun preżenti anki waqt l-investigazzjoni.

Din is-sospensjoni se tpoġġi l-futur ta’ Iannone f’dubju kbir, anki jekk jonqsu sena oħra kuntratt mal-Aprilia.

Miktub minn...
TVM Sport