Moto GP
Moto GP: Jack Miller jirbaħ il-Grand Prix ta’ Le Mans

Jack Miller rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Les Mans fi Franza.

Din hi t-tieni rebħa konsekuttiva għas-sewwieq Awstraljan tad-Ducati wara dik ta’ Jerez fi Sapnja.

Din kienet il-ħames Grand Prix tal-Moto GP li l-ewwel parti tagħha saret f’kundizzjonijiet imxarbin minħabba x-xita li niżlet iktar kmieni.

Fit-tieni post daħal Johann Zarco u fit-tielet post Fabio Quartararo li lejn l-aħħar qabeż lil Pecco Bagnaia.

Fil-ħames post daħal Danilo Petrucci u fis-sitt post Alex Marquez.

Fost l-aktar sewwieqa kwotati kien hemm Maverick Vinales u Valentino Rossi li daħlu fid-disa’ u fil-11-il post rispettivament.

Fabo Quartararo jibqa’ fl-ewwel post tal-klassifika overall bi 80 punt segwiet minn Francesco Bagnaia li għandu punt inqas.

Miktub minn...
TVM Sport