Moto GP
Moto GP: Jack Miller ta’ Ducati jirbaħ f’Jerez fi Spanja

Is-sewwieq ta’ Ducati Jack Miller għadda lil sieħbu tal-istess tim Francesco Bagnaia biex rebaħ l-ewwel Moto GP tiegħu fl-aħħar ħames snin.

Il-Moto GP tal-lum saret f’Jerez fi Spanja.

L-Awstraljan Miller telaq fuq quddiem mill-ewwel biex qabeż lil Fabio Quartararo li telaq mill-Pole Position u spiċċa fir-raba’ post sal-ewwel dawra wara Franco Morbidelli ta’ Yamaha u Bagnaia.

Quartararo rebaħ l-aħħar żewġ Moto Gp’s li kienu saru f’Jerez fi Spanja.

Miller żamm sod qabel Bagnaia sal-aħħar tat-tellieqa biex rebaħ l-ewwel Grand Prix tiegħu wara dik tal-2016 fl-Olanda.

Morbidelli daħal fit-tielet post wara Bagnaia li issa jinsab fl-ewwel post tal-klassifika overall b’66 punt wara Quartararo li spiċċa fit-13-il post.

Miktub minn...
TVM Sport