Moto GP
Moto GP: Joan Mir jirbaħ il-Grand Prix ta’ Valencia

Joan Mir ta’ Suzuki rebaħ il-Grand Prix tal-lum li saret f’Valencia biex għadda lil sieħbu tal-istess tim Alex Rins.

Bir-rebħa tal-lum Mir żied il-vantaġġ fil-klassifika overall f’ras il-klassifika.

Mir beda mill-ħames post u telgħa fit-tieni post wara l-ewwel tliet dawriet sakemm qabeż lil Rins fil-11-il dawra.

Pol Espargaro li telaq mill-pole position temm fit-tielet post filwaqt li Fabio Quartararo kellu jikkuntenta biss bl-14-il post.

Mir sar id-9 rebbieħ differenti f’dan l-istaġun fil-Moto GP u issa telgħa 37 punt vantaġġ f’ras il-klassifika.

Miktub minn...
TVM Sport