Moto GP
Moto GP: Joan Mir ta’ Suzuki rebaħ it-titlu mondjali

Joan Mir ta’ Suzuki rebaħ it-titlu mondjali u sar l-ewwel Ġappuniż li għamel dan fl-aħħar żewġ deċenji anki jekk fil-Grand Prix tal-lum ta’ Valencia spiċċa fis-seba’ post.

Mir beda t-tellieqa b’37 punt vantaġġ fuq l-ikbar sfidanti tiegħu Fabio Quartararo ta’ Petronas Yamaha u Alex Rins fuq Suzuki.

Hu assigura r-raba’ pożizzjoni mal-ewwel 10 minn 12-il tappa biex għamel l-istess staġun eċċellenti li kellu l-Amerikan Kenny Roberts li rebaħ it-titlu mondjali fl-2000.

Il-Moto GP jonqsu tappa waħda biex jintemm u Mir għandu 29 punt f’ras il-klassifika fuq Franco Morbidelli ta’ Petronas Yamaha li llum rebaħ it-tappa ta’ Spanja anki jekk kellu sfida qawwija minn Jack Miller ta’ Pramac Racing.

Paul Espergaro fuq KTM temm fit-tielet post.

Miktub minn...
TVM Sport