Moto GP
Moto GP: Jorge Lorenzo jgħid li Valentino Rossi hu bħal Maradona fil-futbol

Jorge Lorenzo, is-sewwieq tal-Yamaha, iddeskrieva lil Valentino Rossi bħala l-aqwa sewwieq ta’ kull żmien, bħalma hu Maradona fil-futbol, l-aqwa plejer ta’ kull żmien.

Lorenzo qal li s-sewwieq Taljan hu l-aqwa wieħed fl-Istorja u kien jemozzjona u jferraħ lil dawk kollha li huma partitarji u dilettanti tal-Moto GP.

Lorenzo qal li jaħseb li Rossi se jerġa’ jipparteċipa fl-istaġun li ġej minħabba l-fatt li dan l-istaġun ma kellu ċans isuq ħadd.

Hu kompla jiddiskrievi lil Rossi bħala personaġġ uniku u li dan jagħmlu persuna u sewwieq speċjali.

Jorge Lorenzo qal li minkejja li llum għandu l-età tiegħu, Rossi jista’ jkun protagonista assolut jekk ikollu mutur aktar attrezzat.

Miktub minn...
TVM Sport