Motorsport
Moto GP – Jorge Lorenzo jirbaħ fl-Italja

L-Ispanjol Jorge Lorenzo fuq Ducati rebaħ il-Grand prix tal-Italja li sar fil-Mugello u li kien is-sitt grand prix tal-istaġun. Lorenzo mar fuq quddiem fil-bidu tat-tellieqa u ddomina dan il-Grand prix u rebaħ f’ħin ta’ 41 minuta, tlieta u erbgħin sekonda punt tnejn tlieta żero.
Fit-tieni post daħal Andrea Dovizioso ukoll fuq Ducati, distakkat bi kważi sitt sekondi mir-rebbieħ. Valentino Rossi li beda mill-pole wara nuqqas ta’ kważi sentejn kellu jikkuntenta bit-tielet pożizzjoni.
Il-leader tal-klassifika Marc Marquez waqa’ fil-bidu tat-tellieqa, u minkejja li hu xorta waħda kompla bit-tellieqa, seta’ biss jispiċċż fis-sittax il-pożizzjoni.

Fil-klassifika ġenerali tas-sewwieqa, Marc Marquez għadu fl-ewwel post b’ 95 punt, segwit minn Valentino Rossi li għandu 72 punt. Maverick Vinales jinsab fit-tielet pożizzjoni b’total ta’ 67 punt, filwaqt li Andrea Dovizioso jinsab fir-raba’ post b’66 punt. Bir-rebħa tal-lum Jorge Lorenzo tela’ fl-għaxar pożizzjoni b’41 punt.
Fil-klassifika tal-kostrutturi Honda jinsabu fl-ewwel post b’130 punt, segwiti minn Yamah b’108 u minn Ducati b’107.
Fil-kategoriji l-oħra l-Ispanjol Jorge Martin fuq Honda rebaħ il-kategorija Moto 3, u l-Portugiz Miguel Oliveira fuq mutur KTM rebah il-kategorija Moto 2.
Il-Moto GP jirritorna ġimgħatejn oħra bil-Grand Prix tal-Katalunja.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

L-Ispanjol Marc Marquez għal darb’oħra konfermat champion tal-dinja wara li llum rebaħ il-Grand Prix tal-Ġappun u Andrea Dovizioso ma temmx it-tellieqa wara li waqgħa minn fuq il-mutur tiegħu fid-dawra ta’…

Motorsport

Andrea Dovizioso se jitlaq mill-pole position …. hekk kif għada nassistu għall-grand prix tal-Ġappun. Kienet sessjoni ta’ provi mill-aktar frenetika. Marc Marquez li kulħadd qed jistenna li jkun inkurunat ċampjin…

Motorsport

Suċċes ikbar mill-ieħor fix-xena internazzjonali għal Gianluca Dingli sewwieq Malti tal GoKarts u membru tal-Karting Club Malta. Din id-darba Dingli kien impenjat fil-finali Internazzjonali tar-Rok Cup għal din is-sena, li…

Aktar