Sports Internazzjonali
Moto GP – Jorge Lorenzo jirbaħ il-pole position f’San Marino

L-Ispanjol Jorge Lorenzo rnexxielu jirbaħ il-pole position għall-MotoGP tal-Ħadd li ser isir f’San Marino. Lorenzo għamel rekord ġdid fuq dan iċ-ċirkwit u kiser ir-rekord tiegħu stess tal-2016, f’ħin ta’ minuta, 31.629 sekondi, quddiem is-sewwieq l-ieħor tad-Ducati Jack Miller. Fit-tielet post spiċċa l-Awstraljan Maverick Vinales fuq il-Yamaha. Provi uffiċjali xejn feliċi għal Marc Marquez li fl-aħħar ħames minuti waqa’ minn fuq il-mutur, u fl-aħħar spiċċa biex għamel biss il-ħames l-aħjar ħin, wara Andrea Dovizioso.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Atletika

Skont id-Direttur Ġenerali tal-WADA Olivier Niggli, mijiet t’atleti Russi għadhom jistgħu jiġu sospiżi milli jipparteċipaw f’kompetizzjonijiet internazzjonali. Ilbieraħ, l-Aġenzija Internazzjonali ta’ Kontra d-Doping ħabbret li mhijiex ser terġa’ tissospendi lill-Aġenzija…

Sports Internazzjonali

L-Aġenzija Nazzjonali ta’ Kontra d-Doping (WADA) irnexxielha tiġbor data importanti minn laboratorju f’Moska, u dan sabiex tkun tista’ terġa’ tagħti l-akkreditazzjoni lill-Aġenzija Russa ta’ Kontra d-Doping RUSADA). Skont il-President tal-WADA…

Motorsport

Il-Qatari Nasser Al-Attiyah rebaħ id-Dakar Rally għat-tielet darba fil-karriera tiegħu, meta rnexxielu jispiċċa 46 minuta vantaġġ fil-quċċata tal-klassifika tal-karozzi, filwaqt li l-Awstraljan Toby Price rebaħ il-kategorija tal-muturi. L-għaxar u l-aħħar…

Motorsport

Nasser Al-Attiyah kważi huwa ċert 100% li ser jirbaħ l-edizzjoni tad-Dakar Rally ta’ din is-sena wara li fid-disa’ stadju, l-avversarju tiegħu Stéphane Peterhansel ra l-ħolma tiegħu ttir mar-riħ tad-deżert tal-Peru…

Aktar