X

Moto GP – Jorge Lorenzo jirbaħ il-pole position f’San Marino

L-Ispanjol Jorge Lorenzo rnexxielu jirbaħ il-pole position għall-MotoGP tal-Ħadd li ser isir f’San Marino. Lorenzo għamel rekord ġdid fuq dan iċ-ċirkwit u kiser ir-rekord tiegħu stess tal-2016, f’ħin ta’ minuta, 31.629 sekondi, quddiem is-sewwieq l-ieħor tad-Ducati Jack Miller. Fit-tielet post spiċċa l-Awstraljan Maverick Vinales fuq il-Yamaha. Provi uffiċjali xejn feliċi għal Marc Marquez li fl-aħħar ħames minuti waqa’ minn fuq il-mutur, u fl-aħħar spiċċa biex għamel biss il-ħames l-aħjar ħin, wara Andrea Dovizioso.