
Motorsport
Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez jingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019
Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez ingħata l-Midalja tar-rebħ tal-kampjonat mondjali 2019 f’ċerimonja li saret f’Valencia fi Spanja.
Ftit sigħat wara li Marquez rebaħ it-tnax-il tellieqa tal-istaġun, hu kien mistieden jitla’ fuq il-palk biex jirċievi l-midalja mingħand il-Federazzjoni Internazzjonali tal-motoċikliżmu.
Jorge Viegas, President tal-Assoċjazzjoni, tah din il-midalja.
Is-sewwieq ta’ 26 sena rebaħ is-sitt titlu mondjali fil-karriera u temm fil-quċċata tal-klassifika b’420 punt.