Moto GP
Moto GP: Marc Marquez jirbaħ fi Brno, fir-Repubblika Ċeka

Marc Marquez rebaħ il-Moto GP ta’ Brno, fir-Repubblika Ċeka li saret iktar kmieni llum.

Is-sewwieq tal-Honda wettaq is-sitt rebħa tal-istaġun u sar ir-raba’ sewwieq fl-Istorja tal-Moto GP li rebaħ 50 tellieqa premier-class.

Marquez, li laħaq lill-Awstraljan Mick Doohan bi 58 pole position, daħal fl-ewwel post segwiet mit-Taljan Andrea Doviziozo fuq Ducati u Jack Miller ta’ Pramac Ducati Team.

L-Ispanjol Marquez issa qiegħed fl-ewwel post tal-klassifika overall b’210 punti, 63 qabel Dovizioso li għandu 147 punt u Danilo Petrucci b’129 punt.

Miktub minn...
TVM Sport