Motorsport
Moto GP: Marc Marquez jirbaħ fi Spanja u jitla’ l-ewwel fil-klassifika

Iċ-champion renjanti Marc Marquez reġa’ rritorna fil-quċċata tal-klassifika wara li rebaħ il-Moto GP f’pajjiżu, fuq iċ-ċirkwit ta’ Jerez. Is-sewwieq tal-Honda mar fuq quddiem mal-ewwel kantuniera u żamm l-ewwel post sat-tmiem, bl-ewwel tliet sewwieqa jkunu kollha Spanjoli. Alex Rins fuq Suzuki daħal fit-tieni post, b’Maverik Vinales fuq il-Yamaha jidħol it-tielet.

L-Ispanjol Marquez issa għandu 70 punt fil-klassifika, punt biss fuq il-kompatrijott Rins li għandu 69. Wara li Andrea Dovizioso spiċċa r-raba’ f’Jerez, huwa niżel fit-tielet post tal-klassifika u għandu 67 punt. Għat-Taljan Valentino Rossi dan il-Moto GP kien pjuttost sodisfaċenti meta wieħed iqis li telaq mit-13-il post, imma finalment irnexxielu jispiċċa fis-sitt post.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-Sibt 27 ta’ Lulju, fil-kumpless Badger Karting f’Ta Qali, il-Karting Club Malta organizza ir-raba’ rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting sponsorjat minn Bupa. Il-fuq minn għoxrin sewwieq ikkompetew f’dan l-avveniment li sar…

Motorsport

Motorsport lokali: tnax-il sewwieq ħadu sehem fit-tieni demolition derby għall-vannijiet organizzata f’Lulju mill-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Sittax-il vettura kienu rreġistraw għall-kompetizzjoni imma erba’ minnhom m’għaddewx mit-testijiet kollha. Id-demolition derby…

Motorsport

Bejn il-Ħamis 11 u s-Sibt 13 ta Lulju, fit-trakka tal-kwart ta’ mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing. Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad-Drag Racing. Bħal…

Motorsport

Il-Grand Prix Awstraljan ser jibqa’ jsir fuq iċ-ċirkwit t’Albert Park minn tal-inqas sal-2025. Dan iċ-ċirkwit dejjem kien l-ewwel wieħed li jiftaħ l-istaġun tal-Formula 1 sa mill-1996, biss fl-aħħar xhur kien…

Aktar