Motorsport
Moto GP: Marc Marquez jirbaħ fil-Katalunja

Iċ-champion renjanti Marc Marquez rebaħ f’pajjiżu fil-Moto GP tal-Katalunja. Dan wara li fil-bidu tat-tellieqa, mat-tieni lap, diversi sewwieqa spiċċaw mal-art b’Jorge Lorenzo jkun wieħed minnhom. Il-Franċiż Fabio Quartararo spiċċa t-tieni, filwaqt li t-Taljan Danilo Petrucci daħal it-tielet.

It-Taljan Andrea Dovizioso li kien qiegħed joffri l-isfida prinċipali lil Marquez f’dan l-istaġun, spiċċa fl-art fit-tieni lap wara li Lorenzo tilef il-kontroll tal-mutur tiegħu. Anke Valentino Rossi u Maverick Vinales kienu affettwati mill-isfortuna tal-Ispanjol.

Din kienet ir-rabħa rebħa tal-kampjonat għal Marc Marquez u issa għandu 37 punt vantaġġ fuq Dovizioso wara sebat itlielaq minn dsatax. Għal Fabio Quartararo din kienet l-ewwel darba li tela’ fuq il-podju f’dan l-ewwel staġun tiegħu fil-Moto GP.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru, il-Federazzjoni Maltija għal-Motorsport (MMF) organizzat il-Laqgħa Ġenerali Annwali tagħha ġewwa lukanda ewlenija fil-Furjana. Il-President tal-Federazzjoni, is-Sur Tonio Cini waqt il-qari tar-rapport annwali, rrimarka li matul is-sena…

Motorsport

Nhar il-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 jiftaħ il-Kampjonat Nazzjonali WotoMoto Enduro 2019/2020. Dan il-kampjonat issapportjat ukoll min diversi sidien ta’ barrieri madwar Malta u Għawdex ikun mifrux fuq sitt attivitajiet li ħames…

Motorsport

Is-Sibt 9 ta Novembru ġewwa il-Badger Karting f’Ta’ Qali ġiet organizzata il-preżentazzjoni tal-kampjonat tal-Karting Club Malta. F’atmosfera familjari, il-kompetituri li kkompetew fil-kampjonat attendew din il-preżentazzjoni li ġiet indirazzata mill-President tal-klabb…

Motorsport

Għada l-Ħadd, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi sa tiftaħ l-istaġun tal-Karozzi bl-ewwel attività Autocross mill-Kampjonat Nazzjonali ASMK Pasta Poiatti 2019/2020. L-attivtajiet kollha bil-Karozzi jsiru fil-Kumpless Sportiv tal-ASMK f’Ta’ Qali bl-ewwel tiġrija…

Aktar