Motorsport
Moto GP: Marc Marquez jirbaħ it-titlu mondjali

L-Ispanjol Marc Marquez għal darb’oħra konfermat champion tal-dinja wara li llum rebaħ il-Grand Prix tal-Ġappun u Andrea Dovizioso ma temmx it-tellieqa wara li waqgħa minn fuq il-mutur tiegħu fid-dawra ta’ qabel tal-aħħar.

Marquez ta’ 25 sena issa jinsab fil-klassifika overall b’ħames titli mondjali flimkien mal-Awstraljan Mick Doohan, bl-uniku żewġ sewwieqa li rebħu aktar minnu jkunu t-Taljani Valentino Rossi u Giacomo Agostini li rebħu 7 u 8 titli rispettivament.

Dan kien it-tielet titlu li Marquez rebaħ f’Motegi fil-karriera tiegħu. Bir-rebħa tal-lum hu tela 102 fil-quċċata tal-klassifika fuq id-Ducati ta’ Dovizioso.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar