Moto GP
Moto GP: Marc Marquez u ħuh Alex jippreżentaw il-mutur il-ġdid Repsol Honda f’ċerimonja f’Jakarta

Marc Marquez u ħuh Alex nhiedew il-mutur il-ġdid Repsol Honda f’ċerimonja li saret f’Jakarta qabel ma jibda l-istaġun il-ġdid tal-muturi.

Iċ-champion renjanti Marc Marquez għadu qed jirkupra minn injury u għal din is-sena għadu ma rikibx fuq il-mutur.

Minkejja dan kollu, esperti tal-Moto GP għadhom qed iqisu lil Marquez bħala l-favorit assolut li jirbaħ is-sitt titlu konsekuttiv.

Intant, Alex Marquez, li se jkun qed isuq ma ħuh jinsab b’ċans tajjeb li jkollu l-aħjar staġun tal-karriera u dan wara li s-sena l-oħra rebaħ il-kampjonat mondjali Moto2.

L-istaġun li ġej jibda fil-Qatar ix-xahar id-dieħel.

Miktub minn...
TVM Sport