Motorsport
Moto GP: Marquez jirbaħ il-Grand Prix ta’ Aragon u jersaq viċin is-sitt titlu fil-karriera

Marc Marquez resaq viċin li jirbaħ is-sitt titlu tal-karriera tiegħu meta fil-Grand Prix tal-lum li saret f’Aragon iddomina mill-bidu sal-aħħar.

Aragon telaq mill-Pole Position u qatt ma tilef l-ewwel post.

Din kienet il-200 tellieqa fil-karriera ta’ Marquez.

Fit-tieni post daħal Fabio Quartararo fuq mutur Yamaha b’Jack Miller fuq Ducati li daħal fit-tielet post.

Miktub minn...
TVM Sport