
Moto GP
Moto GP: Maverick Vinales fuq Yamaha bl-ewwel Pole Position mis-sena l-oħra
Moto GP: Għall-ewwel darba mill-Grand Prix tal-2019 fl-Awstralja, Maverick Vinales fuq mutur Yamaha se jkun qed jitlaq mill-Pole Position tal-Grand Prix ta’ għada li se ssir fl-Awstrija.
Vinales għamel l-aħjar ħin ta’ minuta punt 23.450 sekonda.
L-Ispanjol spiċċa fl-ewwel post qabel is-sewwieq ta’ Pramac Racing Jack Miller b’0.068 ta’ sekonda.
Il-leader tal-klassifika Fabio Quartararo fuq mutur Yamaha se jkun qed jitlaq mit-tielet post.