Motorsport
Moto GP: Maverick Vinales rebbieħ fl-Olanda

L-Ispanjol Maverick Vinales rebaħ il-Moto GP tal-Olanda f’Assen biex kiseb l-ewwel suċċess tal-istaġun għall-Yamaha. Huwa kklassifika l-ewwel quddiem iċ-Champion dinji fuq Honda Marc Marques bit-tielet post jittieħed mill-Franċiż Fabio Quartararo.

B’din ir-rebħa Vinales issa estenda l-vantaġġ fil-quċċata tal-klassifka għal 44 punt fuq it-Taljan Andrea Dovizioso li fit-tiġrija tal-lum spiċċa fir-raba’ post. It-Taljan l-ieħor, il-veteran Valentino Rossi, kellu inċident u abbanduna t-tellieqa fir-raba lap.

Il-Kampjonat tal-Moto GP jinsab prattikament fin-nofs tiegħu hekk kif s’issa saru disa’ minn total ta’ dsatax il-tellieqa.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Bejn il-Ħamis 11 u s-Sibt 13 ta Lulju, fit-trakka tal-kwart ta’ mil ġie organizzat it-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing. Dan ir-rawnd ġie organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija Għad-Drag Racing. Bħal…

Motorsport

Il-Grand Prix Awstraljan ser jibqa’ jsir fuq iċ-ċirkwit t’Albert Park minn tal-inqas sal-2025. Dan iċ-ċirkwit dejjem kien l-ewwel wieħed li jiftaħ l-istaġun tal-Formula 1 sa mill-1996, biss fl-aħħar xhur kien…

Motorsport

Is-sewwieq Franċiż Jean-Eric Vergne ddefenda t-titlu tal-Formula E meta fl-aħħar tellieqa fi New York huwa rnexxielu jispiċċa fis-7 post u ġabar biżżejjed punti biex rebaħ l-istaġun. B’hekk Vergne sar l-ewwel…

Motorsport

Aktar minn 80 sewwieq se jikkompettu fit-tielet rawnd tal-kampjonat nazzjonali Enemed Drag Racing organizzat mill-Assoċjazzjoni Maltija tad-Drag Racing fit-trakka tal-kwart ta’ mil f’Ħal Far. Għal dan ir-rawnd hemm stennija kbira,…

Aktar