Moto GP
Moto GP: Maverick Vinales se jitlaq mill-Pole Position fil-Grand Prix ta’ San Marino

Maverick Vinales fuq mutur Monster Energy Yamaha se jkun qed jitlaq mill-Pole Position fil-Grand Prix ta’ għada fiċ-ċirkwiet ta’ Misano f’San Marino.

Dan se jkun it-tieni pole tal-istaġun għal Vinales.

L-Ispanjol għamel ħin ta’ minuta punt 31 punt 411 sekondi biex daħal qabel Franco Morbidelli fuq Petronas Yamaha b’punt 312 ta sekonda.

Fit-tielet post daħal il-leader tal-klassifika overall fuq mutur Fabio Quartararo għal darbohra fuq mutur Petronas Yamaha.

Fir-raba’ post daħal il-leġġenda Taljan Valentino Rossi biex l-ewwel erba’ postijiet tat-tluq se jkunu kollha ddominati mill-muturi Yamaha.

Miktub minn...
TVM Sport