
Moto GP
Moto GP: Miguel Oliveira fil-pole position għall-Grand Prix ta’ għada fil-Portugall
Is-sewwieq ta’ Tech 3 KTM, Miguel Oliveira rebaħ il-pole position fil-kwalifikazzjoni uffiċjali tal-Grand Prix tal-Portugall li saru llum.
Iċ-Champion tad-Dinja Joan Mir ikkwalifika wkoll u se jkun qed jitlaq mill-20 pożizzjoni.
Oliveira spiċċa bl-aħjar ħin, 0.044 qabel it-tieni post.
Il-Moto GP ilha ma ssir fil-Portugall sa mill-2012 u l-Grand Prix ta’ għada fiċ-ċirkwiet ta’ Algarve tidher li se tkun garanzija ta’ spettaklu ieħor.
Fit-tieni post spiċċa Franco Morbidelli fuq Petronas Yamaha u Jack Miller fuq Pramac Ducati fit-tielet post.