Moto GP
Moto GP: Miguel Oliveira ta’ KTM jirbaħ il-Grand Prix ta’ Katalunja

Is-sewwieq ta’ KTM Miguel Oliveira għadda lil Fabio Quartararo tal-Yamaha f’battalja mill-isbaħ biex ħa l-ewwel rebħa tal-istaġun.

Il-Grand Prix tal-lum saret fil-Katalunja.

Is-sewwieq ta’ Pramac Ducati, Johann Zarco, daħal fit-tieni post filwaqt li Jack Miller temm fit-tielet post fuq il-podju.

Il-leader Quartararo temm fir-raba’ post wara li ngħata penalty ta’ tliet sekondi.

Iċ-Champion tad-Dinja renjanti Joan Mir temm fil-ħames post fuq is-Suzuki tiiegħu qabel Maverick Vinales li temm fis-sit post.

Is-sitt darbiet Champion tad-Dinja Marc Marquez kellu inċident u rtira għat-tielet tellieqa konsekuttiva.

Miktub minn...
TVM Sport