Moto GP
Moto GP: Pol Esparago jirbaħ l-ewwel Pole Position tal-karriera

Pol Esparago rebaħ l-ewwel Pole Position tal-karriera fil-provi uffiċjali tal-Gran Prix ta’ Silverstone li se ssir għada.

Is-sewwieq ta’ Repsol Honda spiċċa qabel Francesco Bagnaia tad-Ducati u qabel iċ-Champion tad-Dinja Fabio Quartararo fuq Yamaha.

Lejn l-aħħar ta’ dawn il-provi, Jorge Martin ta’ Pramac Racing deher li jtemm bl-aħjar ħin b’inqas minn sekonda iżda żball lejn l-aħħar tefgħu fir-raba’ post.

Fit-tielet post se jkun qed jitlaq mit-tielet post fuq Repsol Honda.

Valentino Rossi, li se jirtira fl-aħħar tal-istaġun, se jkun qed jitlaq mit-tmien post fuq mutur Petronas Yamaha.

Miktub minn...
TVM Sport