Motorsport
Moto GP: Pospost ukoll it-tieni Grand Prix ta’ Spanja

Il-FIM ikkonfermat li ttieħdet id-deċiżjoni li tipposponi wkoll it-tieni Grand Prix tal-istaġun li kien se jiftaħ il-kampjonat 2020 wara li kien pospost ukoll l-ewwel Grand Prix tal-Qatar.

It-tieni Grand Prix tal-Moto GP kien se jsir f’Jerez fi Spanja iżda minħabba l-kriżi COVID-19 dan ġie deċiż li jkun pospost ukoll. Oriġinalment l-ewwel Grand Prix kellu jsir fil-Qatar fit-8 ta’ Marzu meta sfortunatament hemm kienet bdiet sew il-kriżi tal-virus u kkompetew biss iż-żewġ kategorija ż-żgħar jiġifieri il-Moto2 u l-Moto3 peress li t-teams rispettivi u anke s-sewwieqa kienu ilhom fil-Qatar għal diversi ġimgħat u ma kienx jagħmel sens li huma ma jsuqux.

Issa se jsir tentattiv sabiex isir it-tielet GP tal-programm oriġinali u jkun l-ewwel GP tal-istaġun fis-17 ta’ Mejju fi Franza. Il-Grand Prix tat-Tajlandja, tal-Istati Uniti u anke tal-Arġentina ġew diġa kanċellati.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Id-disa’ darbiet champion tal-Moto GP Carlo Ubbiali miet fl-età ta’ 90 sena. Din l-aħbar ħarġet mill-midja Taljana t-Tlieta 2 ta’ Ġunju. Ubbiali tellaq għall-ewwel darba fil-kampjonat tal-1949, u aktar tard…

Motorsport

Il-McLaren Group ħabbru li ser inaqqsu mal-1,200 impjieg bil-proposti l-ġodda ta’ ristrutturar fil-kumpanija. Dan ir-ristrutturar ser isir biex jiġġieled l-impatt tal-imxija tal-Covid-19, bil-McLaren mal-ewwel kienu ħabbru li ser tkun diffiċli…

Motorsport

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva saru t-tlielaq tan-NASCAR, filwaqt li l-Formula 1 u l-IndyCar għadhom jittewwbu u jistennew sabiex jibdew l-istaġuni tagħhom. F’Darlington saru żewġ itlielaq relatati mat-tazza kif ukoll tlielaq oħra,…

Motorsport

Wara xahrejn mingħajr ma jsuqu mutur, l-aħwa Marc u Alex Marquez irritornaw fis-Circuit El Bosquet, f’Ponts fi Spanja sabiex jibdew jitħarrġu għall-istaġun il-ġdid tal-Moto GP li mistenni jibda f’Lulju. Wara…

Aktar