Moto GP
Moto GP: Quartararo jirbaħ fi Spanja u jitla’ fil-quċċata tal-klassifika

Is-sewwieq tal-Petronas Yamaha Fabio Quartararo rebaħ it-tielet Grand Prix tiegħu f’dan l-istaġun meta fi Spanja spiċċa fuq quddiem u reġa’ tela’ fil-quċċata tal-klassifika. Fil-Grand Prix ta’ Katalunja, Quartararo daħal l-ewwel biex żied fuq ir-rebħiet li kien ħa f’Jerez, u spiċċa quddiem Joan Mir u Alex Rins fuq is-Suzuki. Kemm għal Mir kif ukoll għal Rins kienet tellieqa tajba ħafna meta dawn bdew mit-tmien post u mit-tlettax-il post rispettivament.

Is-sewwieq tad-Ducati Andrea Dovizioso kellu waranofsinhar xejn feliċi meta fl-ewwel lap ikkraxxja wara li beda t-tellieqa mis-17-il post. Dovizioso kien fl-ewwel post tal-klassifika qabel bdiet it-tellieqa, punt fuq Quartararo imma minħabba li ma ħa l-ebda punt spiċċa niżel fir-raba’ post. Quartararo issa jinsab l-ewwel b’108 punti, tmienja aktar minn Mir u 18-il punt fuq Maverick Vinales.

Il-Moto GP li jmiss ser isir fi Franza fil-11 t’Ottubru.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA