Moto GP
Moto GP: Valentino Rossi jestendi l-kuntratt tiegħu b’sena ma’ Petronas Yamaha

Il-leġġenda Valentino Rossi se jkun qed jerġa’ jsuq għal Petronas Yamaha fl-istaġun li ġej wara li estenda l-kuntratt b’sena oħra.

Il-Yamaha qali li s-sewwieq ta’ 41 sena, disa’ darbiet Champion tad-Dinja, għandu l-appoġġ tat-tim kollu tagħhom.

B’hekk intemmet kull spekulazzjoni li Valentino Rossi seta’ jirtira hekk kif jintemm l-istaġun.

Valentino Rossi hu l-uniku sewwieq fl-Istorja tal-Moto GP li ħa sehem f’aktar minn 400 Grand Prix.

It-Taljan għandu wkoll ir-rekord ta’ aktar minn 20 sena ta’ rebħ fil-Moto GP, b’89 rebħa fl-ogħla kategorija.

Miktub minn...
TVM Sport