Moto GP
Moto GP: Vinales jirbaħ l-ewwel Grand Prix tal-istaġun

Maverick Vinales rebaħ l-ewwel Grand Prix tal-istaġun wara inċident li kellu Francesco Bagnaia li ħalla lis-sewwieq ta’ Yamaha fuq quddiem.

Il-Grand Prix tal-lum saret f’Emilia Romagna fiċ-ċirkwiet ta’ Misano u kienet iddominata mis-sewwieqa Spanjoli fl-ewwel tliet postijiet.

Vinales beda tajjeb mill-pole position u qatt ma tilef l-ewwel postijiet.

Hu mar fuq quddiem meta fir-raba’ dawra qabeż lis-sewwieq ta’ Pramac Ducati Jack Miller.

Miller kellu jieqaf fit-tmien dawra minħabba problemi fil-mutur.

Fit-tieni post spiċċa Mir fuq mutur Suzuki u fit-tielet post daħal Espargaro fuq mutur KTM.

Miktub minn...
TVM Sport