Motorsport
Motocross f’Għawdex: Suċċess fl-attivita’ SaturdayNightMX

Motocross: 28 kompetitur ħadu sehem fl-ewwel edizzjoni tas-SaturdayNightMX kompetizzjoni organizzata mill-Asoċjazzjoni Għawdxija tal-Motocross li kient miftuħa kemm għal riders Għawdxin u anke Maltin.

Ir-rebbieħ fi klassi A kien Kyle Camilleri li kien segwiet fuq il-podju minn Clayton Camilleri u fit-tielet post spiċċa Etienne Bigeni.

Il-Klassi B intrebħet minn Roderick Cauchi segwiet minn Nataniel Camilleri u Matthew Zammit, filwaqt li r-rebbieħ ta’ klassi Ċ kien Matthew Spiteri li spiċċa quddiem Michael Sant u Marvin Sultana.

Il-kompetizzjoni li saret fit-trakka ta’ Xħajma saret bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru għal Ghawdex.

Fi tmiem l-avveniment ir-rebbieħa kienu preżentati bit-trofej tal-ewwel kompetizzjoni min din is-serja mill-Ministru għal Għawdex Justyn Caruana akkumpanjata mill-President tal-Assoċjazzjoni Frank Xuereb.
L-attivita’ li jmiss tal-Gozo Motorcross Association hu l-kampjonat Nazzjonali Yamaha Gozo Motocross Championship bl-ewwel kompetizzjoni skedata għal 15 ta Ottubru 2017.

Miktub minn...
TVM Sport
.