Motorsport
Motorcross: L-Assoċjazzjoni Għawdxija torganizza Fun Race

Il-Gozo Motorcross Association organizzat Fun Race, il-Ħadd 28 ta’ Jannar, fit-trakka Ta’ Xħajma. It-tlielaq bdew fis-1.00pm.

Din il-Fun Race kienet waħda differenti minn tas-soltu. Is-sewwieqa tal-klassijiet A, B u C ġew mibdula u għalhekk it-tlielaq qanqlu interess hekk kif xi sewwieqa sabu ruħhom jikkompetu ma’ oħrajn li mhux soltu jkunu fil-klassi tagħhom.

Fi klassi A kellna lil Joseph Bigeni li ġab punti massimi f’din il-kategorija. Robert Spiteri daħal fit-tieni post segwit minn Nataniel Camilleri.

Jorn Stellini ukoll akkwista is-60 punt tal-ġurnata filwaqt li Matthew Zammit daħal fit-tieni post segwit minn Godfrey Bigeni.

Klassi C ukoll kienet waħda nteressanti hekk kif rajna żewġ sewwieqa li iddebuttaw f’din il-klassi u għamlu suċċess. Glenn Vella wera ħila liema bħala u rebaħ l-ewwel post. Warajh, fit-tieni pożizzjoni nsibu lil Kurt Fenech. Imbagħad kellna lil Mark Zammit, li ukoll mar tajjeb hafna u rnexxielu jakkwista t-tielet post.

L-Assoċċjazzjoni dejjem tħeġġeġ biex sewwieqa ġodda jingħaqdu magħha.

Fil-kategorija 125cc, sewwieqa li s-soltu narawhom fi Klassi A ddominaw. Etinne Bigeni fl-ewwel post kien segwit minn Steve Xuereb li warajh daħal Robert Spiteri.

Il-president tal-għaqda, Frank Xuereb qassam trofej lir-rebbieħa kollha. Sett ġdid ta trofej magħmul artistikament bl-idejn mis-sewwieq Steve Xuereb ġie ippreżentati lis-sewwieqa rebbieħa tal- kategorija 125cc.

Tfal interessati f’dan l-isport kellhom l-opportunita’ li jduru mat-trekk fuq muturi motocross ma’ sewwieqa adulti. Dan l-isport joffri dixxiplina, rispett u kunfidenza lil kull min jipparteċipa fih specjalment jekk jinbeda minn eta’ zgħira.

Miktub minn...
TVM Sport