Motorsport
MotoGP: Andrea Dovizioso se jitlaq mill-pole position fil-Ġappun

Andrea Dovizioso se jitlaq mill-pole position …. hekk kif għada nassistu għall-grand prix tal-Ġappun. Kienet sessjoni ta’ provi mill-aktar frenetika. Marc Marquez li kulħadd qed jistenna li jkun inkurunat ċampjin minn hawn u ftit taż-żmien ieħor ma setax jagħmel aħjar mis-sitt ħin. Is-sewwieq tad-Ducati Andrea Dovizioso wettaq ħin mill-aqwa  fi Q2 biex għamel tiegħu t-tieni pole position għalih dan l-istaġun. Bħalissa Marquez għandu 77 punt vantaġġ  madankollu jekk f’ Motegi Dovizioso jispiċċa qablu huwa ma jkunx jista’ jagħmel tiegħu t-titlu ghalissa. Tajjeb wieħed isemmi li l- ewwel sewwieq li niżel taħt il-minuta u ħamsa u erbgħin sekonda kien Cal Crutchlow segwit minn Marquez u Jack Miller qabel ma Dovizioso wettaq il-ħin mill-aqwa tiegħu biex assigura ruħu li jitlaq minn quddiemnett għada f’Motegi.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Jonathan Rea rebaħ it-tappa tal-kampjonat mondjali tas-Superbikes li saret Moorland Aragon biex estenda l-vantaġġ tiegħu fil-klassifika overall. Rea telaq mit-tieni post u nqabeż fl-ewwel dawra minn Scott Redding b’Michael Rinaldi…

Is-sewwieq tal-karting Gianluca Dingli irritorna minn Lonato fejn il-Ħadd li għadda kkompeta fit-tielet rawnd tal-kampjonat Rok Cup Italia. Dingli kkompeta fil-klassi Super Rok li kienet tikkonsisti minn 14 il-sewwieq minn…

Il-Ġappuniż Takuma Sato rebaħ l-Indianapolis 500 għat-tieni darba f’temp t’erba’ snin, biss din id-darba temm it-tellieqa taħt superviżjoni wara li kien hemm ħabta. Matul it-tellieqa Sato kellu taqtiegħa kontinwa ma’…

Indycar 500: Id-darbtejn Champion tad-Dinja tal-Formula 1 l-Ispanjol Fernando Alonso għada se jerġa’ jipprova jirbaħ il-tellieqa Indianapolis 500 fit-tielet tentattiv tiegħu. Jekk Alonso jirnexxielu jirbaħ l-Indy 500 għada, hu jsir…

Aktar