Moto GP
MotoGP: Il-kampjonat se jibda aktar tard milli skedat

Il-kampjonat mondjali tal-MotoGP se jkun qed jibda tard aktar milli pjanat.

L-organizzaturi tal-ewwel Grand Prix li kellha ssir fil-Ġermanja ħabbru li pposponew it-tellieqa tal-21 ta’ Ġunju.

L-organizzaturi qalu li ħadu din id-deċiżjoni biex ikunu ċerti li m’hemmx aktar riskji mill-pandemija tal-coronavirus.

Il-Gvern fil-Ġermanja u l-istati reġjonali governattivi, din il-ġimgħa qablu biex jestendu l-projbizzjoni kontra l-avvenimenti l-kbar fil-pajjiż sal-aħħar ta’ Awwissu.

L-organizzaturi qalu li talbu lill-kumpanija Dorna li tieħu ħsieb id-drittijiet kummerċjali tal-Grand Prix tal-Ġermanja biex isibu data oħra possibbli.

Miktub minn...
TVM Sport