Sports Internazzjonali
MotoGP – Lorenzo jirbaħ fil-Katalunja

L-Ispanjol Jorge Lorenzo rebaħ it-tieni Moto GP tiegħu wara xulxin f’dan l-istaġun, fil-Grand Prix ta’ pajjiżu, fil-Katalunja. Iċ-ċampjin renjanti u l-leader tal-klassifika s’issa, Marc Marquez, daħal it-tieni, bit-Taljan Valentino Rossi fuq il-Yamaha jidħol it-tielet.

Mal-ftuħ tat-tellieqa Lorenzo waqa’ fit-tielet post, b’Marquez u Iannone jmorru fuq quddiem. Biss aktar kemm għadda l-ħin, l-Ispanjol qabad ir-ritmu u qabiżhom it-tnejn li huma biex ħareġ rebbieħ b’4.479 sekondi quddiem il-kompatrijott Marquez. Min-naħa tiegħu, Andrea Dovizioso, spiċċa kraxxja fit-tellieqa u kellu jieqaf, fi staġun li xejn ma beda tajjeb għalih.

Din kienet tellieqa fejn ħafna sewwieqa spiċċaw kraxxjaw, tant li kienu biss 14-il sewwieq li rnexxielhom jispiċċaw il-Grand Prix, tant li kulmin temm it-tellieqa spiċċa ħa l-punti.

Għalkemm spiċċa fit-tieni post, Marquez xorta saħħaħ il-vantaġġ tiegħu fil-quċċata tal-klassifika, fejn issa għandu 115-il punt, 27 aktar minn Valentino Rossi li jinsab it-tieni fil-klassifika.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Is-sewwieq żagħżugħ Mick Schumacher qiegħed jittama li ma jdumx ma jkun jista’ jimxi fuq il-passi ta’ missieru u jibda jikkompeti fil-Formula 1. Qabel ma bdiet logħba ta’ ħbiberija għall-karità f’Mannheim,…

Sports Internazzjonali

L-Olimpjadi ta’ Tokyo 2020 ikunu sena ‘l bogħod nhar l-Erbgħa li ġej, 24 ta’ Lulju. Skont l-organizzaturi l-preparamenti jinsabu fl-aqwa tagħhom u kollox qiegħed fil-ħin sabiex ikun lest sakemm jibdew…

Formula 1

Lewis Hamilton rebaħ is-sitt Grand Prix tal-Ingilterra li saret illum f’Silverstone. Hamilton mar quddiem wara ftit laps. Kienet Valterri Bottas li mar fuq quddiem mal-ħruġ tat-tellieqa iżda spiċċa fit-tieni post…

Formula 1

Formula 1: Valtteri Bottas irnexielu jissorprendi lill-favorit Lewis Hamilton sabiex rebaħ il-Pole Position tal-Grand Prix ta’ Silverstone. Bottas fuq Mercedes kellu ħin ta’ 0.006 aħjar minn Hamilton li se jibda…

Aktar