MotoGP – Trijonf f’Katalunya għat-Taljan Valentino Rossi

MotoGP_Katalunya

Tellieqa mill-aqwa għat-Taljan Valentino Rossi fuq mutur Yamaha li għalkemm fuq iċ-ċirkwit ta’ Katalunya beda mill-ħames post u anke niżel sas-seba posizzjoni, xorta waħda irnexxilu jirbaħ il-MotoGP ta’ Barcelona fi tmiem il-ġimgha, imtappna bil-mewta traġika nhar il-ġimgħa fuq iċ-ċirkwit tas-sewwieq tal-Moto Two l-Ispanjol Luis Salom.

Rimonta mil-aqwa b’hekk għal Valentino Rossi li rebaħ id-dwell finali ma’ Marc Marquez li kien telaq mill-pole position.

Tellieqa li fiha sab diffikultajiet kbar l-Ispanjol l-ieħor Jorge Lorenzo li twaqqa minn Andrea Iannone meta kien fil-ħames posizzjoni, biex fuq il-podju ma’ Rossi u Marquez, bit-tielet post tela Dani Pedrosa, warajħ Maverick Vinales u Pol Espargaro fir-raba u l-ħames postijiet rispettivament.

Għal darb’oħra telieqa deludenti għat-Team Ducati bis-sewwieq Andrea Dovizioso ikollu jikkuntenta bis-seba post.

It-tellieqa li jmiss tal-MotoGP issir issa fl-Olanda fis-sitta u għoxrin ta’ dan ix-xahar.

Miktub minn...
Rodney Vassallo