MotoGP – Valentino Rossi penalizzat qabel l-aħħar tellieqa wara battibekk ma’ Marquez

MotoGP

It-taqtiegħa għar-rebħ tal-Kampjonat tal-MotoGP mistennija tibqa sejra sal-aħħar wara rebħa għal Dani Pedrosa fil-Malasja, waqt li nċident li kellu ma Marc Marquez, wassal biex il-leader tal-klassifika t-Taljan Valentino Rossi ġie penalizzat tliet punti, u issa se jitlaq mill-aħħar filliera fl-aħħar tellieqa tal-istaġun deċisiva fuq iċ-ċirkwit ta’ Valencia.

Fit-tellieqa tal-Ħadd Rossi daħal fit-tielet post, waqt li Marc Marquez kellu jirtira.

Dan wara li erbatax-il dawra mit-tmiem Valentino Rossi u Marc Marquez kellhom argument sħun waqt li bejniethom kienu f’taqtiegha ħarxa għat-tielet post, bit-Taljan li saħasnitra ħareġ siequ u tellef lill-Ispanjol li ma komplix it-tellieqa sat-tmiem.

L-isfidant l-ieħor għar-rebħa finali Jorge Lorenzo fuq Yamaha daħal fit-tieni posizzjoni, biex issa reġa qiegħed b’ċans tajjeb li fl-aħħar tellieqa f’pajjiżu jsir champion tad-dinja.

Qabel l-aħħar tellieqa fit-tmienja ta’ Novembru f’Valencia, Valentino Rossi issa għandu tliet mija u tnax-il punt, sebgħa aktar minn Jorge Lorenzo, b’total ta’ ħamsa u għoxrin punt għar-rebbieħ tal-aħħar tellieqa fuq iċ-ċirkwit Spanjol.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra

L-Eks Champion tal-UFC l-Ultimate Fight Championship Conor McGregor kien arrestat il-bieraħ f’Corsica fuq allegazzjonijiet ta’ abbuż sesswali u atti indiċenti fil-publiku. Ir-rapport fil-konfront ta’ McGregor sar erbat ijiem ilu u…

Fil-belt kapitali tal-Ġappun, f’Tokjo, inxtegħlet siġra kbira b’dawl mill-isbaħ, biex tfakkar is-sena bogħod mill-Paraolimpjadi 2021. Il-Paraolimpjadi kellhom isiru f’dan is-sajf qabel l-Olimpjadi iżda mxew għas-sena d-dieħla minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-Paraolimpjadi…

Grupp ta’ baħħara mill-Malta Young Sailors Club dan l-aħħar iffokaw l-attenzjoni tagħhom fuq il-windsurfing, sport li kien laħaq il-popolarità tiegħu fis-snin tmenin u disgħin. Din l-attività wasslet għall-iżvilupp ta’ festival…

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

Aktar