Motorsport
Motor Rally: Elfyn Evans fuq quddiem f’Monza

Elfyn Evans fuq karozza Toyota jinsab fuq quddiem fl-ewwel żewġ stadji tar-Rally ta’ Monza li għaddej bħalissa.

Is-sewwieq minn Wales jinsab żewġ sekondi punt tliet fuq sieħbu tal-istess tim Sebastian Ogier.

Evans qed ifittew l-ewwel titlu mondjali tiegħu fil-Motor Rally iżda fil-preżent jinsab 17-il punt wara Ogier fil-klassifika overall.

Il-Franċiż għandu bżonn jispiċċa mis-sitt post ‘il fuq biex jassigura t-tmien titlu fil-karriera tiegħu.

Ir-rally ta’ Monza jintemm il-Ħadd filgħaxija.

Miktub minn...
TVM Sport