Motorsport
Motor Rally: Elfyn Evans fuq Toyota l-aktar veloċi fix-shakedown tal-Kroazja

Elfyn Evans fuq Toyota kien l-aktar veloċi fix-shakedown fir-rally tal-Kroazja li saret illum.

Is-sewwieq Ingliż kien 1.3 sekondi qabel iċ-champion Finlandiż Kalle Rovanpera fuq Toyota wkoll.

Is-sewwieq ta’ Hyundai, Ott Tanak tal-Estonja daħal fit-tielet post 0.2 sekondi wara Rovanpera.

Wara żewġ rawnds tal-kampjonat, Evans jinsab fir-raba’ post tal-klassifika overall b’31 punt, tmien punti wara Rovanpera li jinsab fl-ewwel post b’39 post.

Miktub minn...
TVM Sport