Motorsport
Motor Rally: Elfyn Evans imur fl-ewwel post tal-klassifika

L-Ingliż Elfyn Evans mar fuq quddiem fil-rally tal-Kroazja li għaddejja bħalissa wara li Sebastian Ogier kellu inċident bil-karozza.

Ogier kellu jċedi għall-vantaġġ li bena meta kraxxja fl-ewwel stadju speċjali tat-tellieqa u issa jinsab wara Evans bi 3.9 sekondi.

Il-Belġjan Thierry Neuville b’karozza Hyundai jinsab tmien sekondi wara Evans.

Jekk Ogier jirbaħ din ir-rally jkun ifisser l-ewwel post mill-ġdid fil-klassifika overall wara li Kalle Rovanpera ġie eliminat mir-rally il-Ġimgħa filgħaxija.

 

Miktub minn...
TVM Sport