Motorsport
Motor Rally: Elfyn Evans jirbaħ it-tappa tal-Finlandja

Elfyn Evans rebaħ ir-Rally tal-Finlandja li ntemmet dalgħodu.

B’din ir-rebħa, Evans żamm it-tamiet li jirbaħ il-kampjonat mondjali miftuħa.

Wara illum, il-vantaġġ ta’ Sebastian Ogier f’ras il-klassifika, issa niżel għal 24 punt.

Is-sewwieq minn Wales ħa l-ħames rebħa f’dan l-istaġun meta spiċċa 14.1 sekondi qabel il-Hyundai ta’ Ott Tanak.

L-Irlandiż Craig Breen li kien fl-ewwel post wara l-ewwel leg, daħal fit-tielet post, bil-Finlandiż Esapekka Lappi li daħal fir-raba’ post.

It-tappa li jmiss tal-motor rally issir fi Spanja fis-17 ta’ Ottubru.

 

Miktub minn...
TVM Sport