Motorsport
Motor Rally: Iċ-Champion tad-Dinja Sebastian Ogier fl-ewwel post fil-Kroazja wara erba’ stadji

Iċ-Champion tad-Dinja renjanti Sebastian Ogier ta’ Franza jinsab fl-ewwel post tar-rally tal-Kroazja.

Matul il-lejla, Ogier kien 7.7 sekondi wara l-Belġjan Thierry Neuville fuq Kyundai iżda Ogier mar fuq quddiem bit-toyota tiegħu fl-ewwel stadju minn Mali Lipovec sa Grdanjci, ħdejn il-belt kapitali Zagreb.

Wara ir-raba’ minn tmien stadji, Ogier kien qabel sieħbu tal-istess tim Elfyn Evans b’seba’ skondi, nb’Neuville fit-tielet post.

Ott Tanak tal-Estonja fuq Hyundai jinsab fir-raba’ post, 37.5 sekondi wara Ogier.

Il-motor rally tal-Kroazja jintemm għada l-Ħadd u fadal erba’ stadji.

 

Miktub minn...
TVM Sport