Motorsport
Motor Rally – Jibda r-raba’ rawnd il-Portugall, Evans l-aktar veloċi

Mil-lum beda r-raba’ rawnd tal-Kampjonat Dinji tar-Rally bit-tlielaq fil-Portugall. L-Estonjan Ott Tanak beda tajjeb biex bena vantaġġ li iżda ma kienx biżżejjed għaliex il-Brittaniku Elfyn Evans irnexxielu jaqbżu matul il-ġurnata.

Tanak kien għamel ħin ta’ 3 minuti 06.1 sekondi, filwaqt li Evans irnexxielu jagħmel ħin ta’ 3 minuti 05.9 sekondi.

Il-leader fil-klassifika Sebastien Ogier jinsab fit-tielet post, fejn qed ifittex li jirbaħ ir-rally tal-Portugall għas-sitt darba fil-karriera.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA