Motorsport
Motor Rally: Kalle Rovanpera fl-ewwel post wara d-disa’ stadju fil-Greċja

Kalle Rovanpera fuq Toyota jinsab fl-ewwel post sad-disa’ stadju tal-rally li qed isir f’Acropolis fil-Greċja.

Ott Tanak tal-Estonja temm ftit iktar minn sekonda wara l-Finlandiż.

Fit-tielet post 15.4 sekondi wara daħal il-Franċiż, Sebastian Ogier.

Din it-tappa tal-motor rally tintemm għada f’Lamia, fiċ-ċentru tal-Greċja.

Ir-rally reġa’ qed isir fil-Greċja wara l-2003.

Sebastian Ogier jinsab fl-ewwel post tal-klassifika overall bi 38 punt vantaġġ fuq Elfyn Evans.

 

Miktub minn...
TVM Sport