Motorsport
Motor Rally: Sebastian Ogier jirbaħ it-tmien titlu tal-karriera

Sebastian Ogier rebaħ it-tmien titlu fil-karriera fl-aħħar disa’ snin fir-rally li ntemmet nil-bieraħ u saret f’Monza fl-Italja.

Sa qabel ilbieraħ, Elfyn Evans kien l-uniku sewwieq li seta’ jwaqqfu milli jagħmel dan.

Għal Ogier, dan kien rally diffiċli ħafna peress li fl-ewwel tliet stadji sab problemi f’wieħed mit-tyres ta’ quddiem.

Minkejja dan, Ogier irnexxielu jtemm l-istadji kollha biex ħa biżżejjed punti li għamluh awtomatikament Champion tad-Dinja ta’ dan l-isport.

Miktub minn...
TVM Sport