Motorsport
Motor Rally – Tanak ikabbar il-vantaġġ fuq quddiem fir-Rally tal-Portugall

L-Estonjan Ott Tanak baqa’ jżomm postu fil-quċċata tal-klassifika fir-Rally tal-Portugall wara 11-il stadju.

Qabel bdiet il-ġurnata, Tanak kien 9 sekondi quddiem il-Brittaniku Elfyn Evans u l-Ispanjol Dani Sordo, imma dak id-distakk tellgħu għal 19.2 sekondi fuq Evans li jinsab fit-tieni post. Tanak għandu kważi 30 sekonda vantaġġ fuq Sordo li jinsab it-tielet.

Il-leader fil-klassifika ġenerali Sebastien Ogier jidher li ser ikollu tmiem il-ġimgħa diżappuntanti meta s’issa jinsab fil-ħames post tal-klassifika tar-Rally tal-Portugall, ftit aktar minn minuta ‘l bogħod minn Tanak.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA