Motorsport
Motor Rally: Yazeed al Rahji jirbaħ it-titlu Dubai International Baja

Is-sewwieq mis-Saudi Yazeed al Rahji rebaħ it-titlu Dubai International Baja li sar is-Sibt wara li żied il-vantaġġ li kellu fil-klassifika overall fl-istadju finali tal-avveniment li sar f’Dubai.

Al Rahji u l-Ingliż Michael Orr marru fuq quddiem b’aktar minn 21 minuta fuq il-karozza Toyota Hilux fl-ewwel stadju u komplew iżidu l-vantaġġ fl-istadju finali biex spiċċaw qabel Khalid al Qassimi bi 33 minuta u 49 sekonda.

Fil-kategorija tal-muturi, l-Ingliż Sam Smith spiċċa r-rebbieħ overall wara li qabeż lil Aaron Mare li sab problemi fil-magna tal-mutur tiegħu.

Iċ-Ċek Martin Michek spiċċa fit-tieni post minkejja inċident li kellu waqt it-tellieqa.

Dan kien it-tieni avveniment ta’ din is-sena tal-FIA.

 

Miktub minn...
TVM Sport