Motorsport
Motorport: Il-Karting Club Malta jorganizza l-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat nazzjonali

Il-Ħadd 15 ta’ Settembru, Karting Club Malta organizza il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting. Għoxrin sewwieq ikkompetew f’diversi klassijiet.

Zach Scicluna rebaħ il-klassi Baby Kart. Isaac Micallef rebaħ il-klassi 125 TAG. Luke Abela rebaħ il-klassi Mini TAG segwit minn Jacob Micallef u Kyle Micallef. Kyle Mercieca rebaħ il-klassi Rotax Max segwit minn Salvatore Toscano u Jake Agius fit-tieni u it-tielet post. John Agius rebaħ il-klassi  Iame X30 segwit minn Brandon Pullicino u Jake Bianco.

Bħalha kampjonat Rotax ġie mirbuħ minn Salvatore Toscano segwit minn Nicky Gauci u Kyle Mercieca, b’hekk Toscano ser jirrapreżenta lil-Malta fil-finali tar-Rotax Max ġewwa l-Italja ix-xahar d-dieħel.

L-atleta u ambaxxatur ta SportMalta Jake Vella kien il-mistieden speċjali ta Karting Club Malta biex jippreżenta it-trofej lir-rebbieħa. It-tlielaq kienu immexxija mis-sinjuri Dario Anastasi, Adrian Figallo, Timmy Zammit u is-sinjorina Charlene Bartolo.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Is-sewwieq mill-Afrika t’Isfel Giniel de Villiers rebaħ ir-Rally tal-Marokk 2019 wara sfida qawwija mal-Ispanjol Carlos Sainz. Fl-aħħar stadju ta’ dan ir-Rally de Villiers kellu mal-4 minuti distakk minn ma’ Sainz…

Motorsport

L-Ispanjol Carlos Sainz u l-Portugiż Paulo Goncalves rebħu l-kategoriji rispettivi tagħhom fir-raba’ stadju tar-Rally tal-Marokk li sar matul il-ġurnata tat-Tlieta. Fil-kategorija tal-karozzi, Carlos Sainz spiċċa l-istadju f’ħin ta’ 3 sigħat…

Motorsport

Wara t-tieni stadju tar-Rally tal-Marokk, Nasser Al-Attiyah tal-Qatar żamm postu fil-quċċata tal-klassifika fuq it-Toyota Hilux. Fl-istadju li sar qrib Fes, il-Marokk, iċ-champion tar-Rally ta’ Dakar żamm fuq quddiem, b’Stephane Peterhansel,…

Motorsport

Is-Sibt 28 ta’ Settembru, l-Old Motors Club Malta, organizza riċeviment għall-membri tiegħu u mistiedna oħra distinti kemm Maltin kif ukoll ħbieb tal-klabb minn Sqallija. L-Old Motors Club twaqqaf fl-1989 u…

Aktar