Motorsport
Motorsport: 111 Off-Road Racing Team jispiċċa fid-9 post fi Franza

Fi tmiem il-Ġimgħa, 111 Off-Road Racing Team magħmul minn Rudy Farrugia bħala Sewwieq u Malcolm Paul Gauci bħala navigatur megħjuna minn Maurice Farrugia, Mark Zahra, David Farrugia, Daniel Grupetta, Stefan Borg Grech, Lana Debono u Shaun Caruana ikkompetew kontra 21 kompetitur minn madwar id-dinja fl-Avveniment ta Ultra 4 Europe, King Of France 2019.

Waqt il-kwalifikazzjoni tal-Ġimgħa, wara ħsara konsiderevoli u ħafna tiswijiet it-tim ma spiċċax it-tellieqa u kellhom jabbandunaw it-tellieqa ftit metri ‘l bogħod mil-linja tat-tmiem u spiċċaw fil-21 post.

Is-Sibt it-tim kellu jibda mill-aħħar post, wara 21 vettura u korsa kemmxejn dejqa. Madankollu, bis-sospensjoni bil-ħsara mill-aċċident tal-Ġimgħa, baqa javvanza. Wara inċident ieħor, il-buggy spiċċat fuq is-saqaf, qalb is-siġar go kanal. Bi ħsara mill-Ġimgħa u l-inċident tas-Sibt, xorta spiċċaw fl-10 post mill-21.

Il-Ħadd kien jum ħieles mill-aċċidenti, it-tim avvanza pożizzjoni oħra u spiċċa l-avveniment fid-9 post.

111 Off-Road Racing Team huwa mistenni li jikkompeti fil-Kampjonat kollhu tal-Ultra 4 Europe u għalhekk it-tappa li jmiss hija King of Britain fl-20 ta’ Lulju.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Motorsport

Bejn il-Ġimgħa 13 u Il-Ħadd 15 ta Settembru, sitt sewwieqa Maltin ikkompetew ġewwa Hillclimb fi Sqallija. Is-sewwieqa kienu Noel Galea, Didier Bugeja, James Dunford, Darren Camilleri, David Grech u Chris…

Motorsport

Il-Ħadd 15 ta’ Settembru, Karting Club Malta organizza il-ħames u l-aħħar rawnd tal-kampjonat nazzjonali tal-karting. Għoxrin sewwieq ikkompetew f’diversi klassijiet. Zach Scicluna rebaħ il-klassi Baby Kart. Isaac Micallef rebaħ il-klassi…

Motorsport

Moto GP: L-Ispanjol Marc Marquez fuq mutur Honda rebaħ il-Grand Prix tal-lum li sar f’San Marino u resaq iktar viċin li jirbaħ it-titlu ta’ champion ta’ din is-sena dan hekk…

Aktar